Avviż dwar il-finalizzazzjoni tad-Dħul fil-Kont Unifikat (SUL)
This page is kept for historical interest. Any policies mentioned may be obsolete. If you want to revive the topic, you can use the talk page or start a discussion on the community forum. |
Għal informazzjoni aġġornata dwar il-progress ta' dan l-iżvilupp ara mw:SUL finalisation. It-tim ta' żviluppaturi tal-Fondazzjoni Wikimedia qegħdin jagħmlu xi tibdil fuq kif jaħdmu l-kontijiet, bħala parti mill-isforzi sabiex jingħataw iktar għodda ġodda u itjeb lill-utenti tagħna (bħal notifiki trans-wiki). Dawn il-bidliet se jwasslu sabiex inti jkollok l-istess isem tal-kont kullimkien. Dan jagħtina ċ-ċans li nipprovdulek numru ta' funzjonijiet li jgħinuk timmodifika u tiddiskuti aħjar, u jagħti iktar flessibilità fil-permessi għall-użu tal-għodda. Waħda mill-kundizzjonijiet hi li l-kont ta' kull utent irid ikun uniku mad-900 wiki tal-Wikimedia.
Sfortunatament, bħalissa hemm xi kontijiet li mhumiex uniċi għall-wikijiet kollha, imma huma konfliġġenti ma' utenti oħra li għandhom l-istess isem. Sabiex inkunu ċerti li dawn l-utenti kollha jistgħu jużaw il-wikijiet tal-Wikimedia fil-futur, aħna se nbiddlu l-isem tal-kont tagħhom sabiex ikollhom "~
" u l-isem tal-wiki tagħhom fl-aħħar tal-isem tal-kont. Dawn it-tibdiliet se jsiru f'April tal-2015. Per eżempju, utent li jismu "Eżempju" fil-Wikizzjunarju Żvediż se jissemma mill-ġdid għal "Eżempju~svwiktionary".
Il-kont tiegħek se jibqa' jaħdem bħal qabel, u int se tkun attribwit il-modifiki kollha li għamilt s'issa. Però, utenti bl-isem tal-kont mibdul (li aħna se nikkuntatjawhom individwalment) iridu jużaw l-isem tal-kont il-ġdid meta jidħlu fil-kont.
Il-funzjoni tal-għoti ta' isem ġdid lokalment ġiet irtirata biex inkunu żguri li l-kontijiet li kienu globali ma' jinqatgħux waħidhom minħabba l-għoti ta' isem ġdid lokalment L-utenti għadhom jistgħu jitolbu li l-isem tal-kont tagħhom jerġa' jinbidel hawnhekk fuq Meta billi jużaw Talba għal bidla fl-isem globali, jekk l-isem il-ġdid ma jogħġobhomx.