Fundraising 2010/Appeal/mt


Meta għaxar snin ilu bdejt inkellem lin-nies dwar il-Wikipedija, ir-risposta tagħom kienet dik ta' tbissima daħkanija.

Ejja ngħidu li ħafna kienu xettiċi fuq l-idea li voluntiera minn madwar id-dinja kollha setgħu jingħaqdu flimkien sabiex joħolqu flimkien kompendju ta' għarfien uman ta' ċertu notorjetà – bl-għan uniku u waħdieni li jitqassam.

L-ebda reklam. L-ebda profitt. L-ebda aġenda.

Għaxar snin wara l-fundazzjoni tagħha, iktar minn 380 miljun persuna fix-xahar jużaw il-Wikipedija – kważi wieħed minn kull tlieta li jiġu konnessi mad-dinja tal-internet.

Hi hi l-ħames l-aktar websajt popolari fid-dinja. L-erba' l-oħra ġew mibnija u huma miżmuma grazzi għal biljuni ta' dollari f'investiment, staffs korporattivi kbar u kampanji bla waqfien ta' marketing.

Madanakollu, il-Wikipedija hija kompletament differenti minn websajt kummerċjali. Din hija kreazzjoni tal-komunità, miktuba minn voluntiera li jagħmlu daħla wara daħla. Inti tifforma parti mill-komunità tagħna. U illum qed niktiblek biex tipproteġi u ssostni 'l-Wikipedija.

Flimkien, nistgħu nżommuha mingħajr ħlas u mingħajr ebda reklami. Nistgħu nżommuha miftuħa – tista' tuża' l-informazzjoni fil-Wikipedija bil-mod li tixtieq inti. Nistgħu nħalluha tkompli tikber – inxerrdu l-għarfien ma' kullimkien, u nistiednu l-parteċipazzjoni ta' kulħadd.

Kull sena f'dan iż-żmien, aħna nistaqsu lilek u lil oħrajn fi ħdan il-komunità tal-Wikipedija sabiex tgħinna insostnu dan il-proġett komuni b'donazzjoni żgħira ta' €20, €35, €50 jew aktar.

Jekk taħseb li l-Wikipedija hija sors ta' informazzjoni – u sors ta' ispirazzjoni – nispera li tiddeċiedi li tagħti daqqa t'id issa.

L-isbaħ awguri,

Jimmy Wales

Fundatur tal-Wikipedija

P.S. Il-Wikipedija hi dwar is-saħħa ta' nies bħalna li jagħmlu affarijiet straordinarji. Nies bħalna jiktbu l-Wikipedija, kelma kull darba. Nies bħalna jsostnuha b'mod finanzjarju, donazzjoni kull darba. Din hija l-prova tal-potenzjal kollettiv tagħna li nbiddlu d-dinja.