Elezzjonijiet tal-2013 tal-Fondazzjoni Wikimedia/e-mail lill-votanti

This page is a translated version of the page Wikimedia Foundation elections 2013/Voter e-mail and the translation is 100% complete.

Elezzjonijiet tal-2013 tal-Fondazzjoni Wikimedia

Għażiż $USERNAME,

Int għandek id-dritt tivvota fl-elezzjonijiet tal-2013 tal-Fondazzjoni Wikimedia, li tmexxi proġetti bħal Wikipedia. Tista' tivvota għal kandidati għal dawn il-karigi:

Bord tal-Fiduċjarji

Il-Bord tal-Fiduċjarji huwa l-korp li hu fl-aħħarnett responsabbli għas-sostenabbiltà fit-tul tal-Fondazzjoni. Għalhekk nixtiequ li jivvutaw ħafna fl-elezzjoni tal-membri ta' dan il-bord. Hemm tliet postijiet li jridu jimtlew.

Kumitat għat-Tqassim tal-Fondi (FDC)

Il-Kumitat għat-Tqassim tal-Fondi (FDC) jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jitqassmu l-fondi lill-organizzazzjonijiet li għandhom id-dritt għalihom.

Ombud tal-Kumitat għat-Tqassim tal-Fondi (FDC)

L-Ombud tal-FDC jirċievi ilmenti u kummenti fuq il-proċedura tal-FDC, jinvestiga l-ilmenti fuq it-talba tal-Bord tal-Fiduċjarji, u jiġbor fil-qosor l-investigazzjonijiet u l-kummenti għall-Bord tal-Fiduċjarji kull sena. Hemm pożizzjoni waħda vakanti.

Il-proċess tal-votazzjoni jdum minn 00:00 UTC tal-8 ta' Ġunju sa 23:59 UTC tal-22 ta' Ġunju. Tista' issib iżjed tagħrif fuq din l-elezzjoni fuq <https://meta.wikimedia.org/wiki/Special:MyLanguage/Wikimedia_Foundation_elections_2013>. Jekk ma tridx tirċievi iżjed tagħrif fil-futur, jekk jogħġbok żid l-ismek ta' utent fuq <https://meta.wikimedia.org/wiki/Wikimedia_nomail_list>.