Talba għal kummenti/Livelli ta' attività ta' dawk li għandhom drittijiet amministrattivi avvanzati/Messaġġ globali

Talba għal kummenti dwar amministraturi inattivi

(Jekk jogħġbok ara tistax tittraduċi dan il-messaġġ biex tgħin 'il sħabek Wikimedjani. Jekk jogħġbok ara tistax tittraduċi wkoll il-proposta.)

$langs

X'hemm!

Fuq Meta-Wiki hemm talba ġdida għal kummenti dwar it-tneħħija ta' drittijiet amministrattivi minn għand dawk il-Wikimedjani li ilhom inattivi. Ġeneralment, din il-proposta mill-istewards tapplika għal dawk il-wikis li m'għandhomx proċedura ta' reviżjoni għall-amministraturi.

Fuq il-paġna ta' diskussjoni tat-talba għal kummenti, qegħdin niġbru wkoll lista ta' proġetti li għandhom proċeduri għat-tneħħija ta' amministraturi inattivi. Tistgħu iżżidu il-proġett(i) tagħkom mal-lista jekk għandkom linja politika fuq l-inattività tal-amministraturi.

Napprezzaw il-kummenti kollha tagħkom. Jista' jkun li d-diskussjoni ma ddumx u tagħlaq fil-21 ta' Mejju 2013 (2013-05-21), imma tista' tittawwal jekk ikun hemm bżonn.

Grazzi. Billinghurst (thanks to all the translators!) $sig

Imqassam permezz tal-Konsinja globali tal-messaġġi (Paġna żbaljata? Tista' tirranġaha.)